M'hemm ebda dubju li l-Partit Laburista ghandu nies mohhhom tajjeb
hafna ghan-negozju. Xempju ta' dan hu Louis Buhagiar li hu Deputat
Laburista u li kien Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tas-Sahha. Kif
baghat jghidilna l-bierah, hu qed jiehu l-okkazjoni biex ikabbar isem
Malta fil-kura tas-sahha billi joffri servizzi lill-barranin li jigu
juzaw servizzi medici pubblici bhall-magni tal-kliewi li l-Maltin
juzawhom b'xejn izda li l-barranin iridu jhallsu biex juzawhom. Is-servizzi
li joffri Louis Buhagiar huma bi hlas, ghax kif qalilna tant tajjeb hu
stess, id-Deputat Laburista "ma jaghmel xejn ghal xejn". L-ex
Segretarju Parlamentari Laburista qed "ihaddem mohhu" billi l-kont
tal-barranin jaqbad u jhallsu hu u mbaghad jibaghtilhom kont li jkun
jinkludi kemm il-hlas ta' l-Isptar kif ukoll il-hlas talli, kif baghat
jghidilna hu stess, ikun organizza din il-facilita.
Id-differenza bejn Lm800 u Lm540
Kif qal lil dan il-gurnal Louis Buhagiar u kif qal lil gurnal iehor, hu
kellu telefonata minn "xbejba Ingliza" li tbati bil-kliewi u
li riedet taghmel vaganza Malta li tulha kellha taghmel sitt
sessjonijiet fuq il-magna tal-kliewi fl-Isptar. Louis Buhagiar qabad u
hallas hu minn butu l-kont ta' Lm540 lill-Isptar (wiehed jifhem, Lm90
ghal kull sessjoni). Imbaghad hareg kont ta' Lm800 lill-Ingliza (Lm133
ghal kull sessjoni) differenza ta' Lm260 (Lm43 ghal kull sessjoni).
Tassew ghandu "mohhu tajjeb" u, kif qalilna hu stess, "jaf
ihaddmu"!
Ghaliex mhux zewg kontijiet separati
Li wiehed ma jifhimx hu ghaliex Louis Buhagiar ma harigx kont separat
ghal dak li hu qed isejjah Ôqligh ghax-xoghol u hlasijiet professjonali'
tieghu u halla lill-Ingliza thallas il-kont ta' l-Isptar. Dawn kellhom
ikunu zewg kontijiet separati ghax huma hlasijiet lil zewg entitajiet li
suppost huma separati hafna Ñ l-Istpar u Louis Buhagiar! Kif qalilna hu
stess, "dejjem kelli l-vizjoni li nizviluppa dan is-servizz
kummercjalment". Izda f'gieh it-trasparenza li tant ihobb isemmi l-Labour,
kellu jkun car kemm kien qed jithallas ghas-servizz fl-Isptar u kemm
ghal dan l-izvilupp kummercjali tant ghal qalb Louis Buhagiar. Ghax hu
importanti ghall-barranin li qed ihallsu ghal dan is-servizz li jkun
hemm differenza bejn il-hlas ta' Lm90 li jsir lill-Isptar u l-hlas
"professjonali" tad-Deputat Laburista u li f'dan il-kaz tela'
ghas-somma ta' Lm43 kull sessjoni jew Lm260 b'kollox.
Jinsulta lill-volontarjat "boloh"
Fil-qasam tas-sahha (fejn Louis Buhagiar kien ukoll Segretarju
Parlamentari Laburista) hemm hafna nies jahdmu volontarjament kemm bhala
individwi kif ukoll bhala ghaqdiet. Hu insult lil dawn in-nies kollha li
d-Deputat Laburista qed jghidilhom li hu "ma jaghmel xejn ghal xejn.
L-iblah biss jaghmel hekk u jalla ma tantx ikollna boloh". Qed
jghajjarhom boloh ghax joffru sostenn u ghajnuna lil min ghandu bzonnhom
volontarjament u bla hlas!
Filwaqt li l-Partit Laburista jippoza bhala difensur tas-servizzi
tas-sahha b'xejn, l-ex Segretarju Parlamentari tieghu f'dan il-qasam qed
jiftahar li hu jhaddem mohhu u ma jaghmel xejn ghal xejn filwaqt li
lill-volontarji f'dan il-qasam qed jghajjarhom "boloh". Il-mistoqsija
logika hi x'qed jaghmel fil-politika Louis Buhagiar Kif dahal
fil-politika jekk hu "ma jaghmel xejn ghal xejn"